Ġnus Magħquda

Il-Ġnus Magħquda jew l-Organizzazjoni tan-Nazzjonijiet Uniti hija organizzazzjoni internazzjonali li l-għanijiet tagħha huma li tiffaċilita ko-operazzjoni fejn jidħlu liġijiet internazzjonali, sigurtà internazzjonali, żvilupp ekonomiku, progress soċjali, u drittijiet umani. Din l-organizzazzjoni twaqqfet fl- 1945 minflok il-Lega tan-Nazzjonijiet, biex tevita gwerer bejn in-nazzjonijiet u tipprovdi lok għal djalogu.

Bħalissa hemm 192 stat membru, li jinkludu kważi kull stat independenti magħruf. Mill-kwartieri ġenerali tagħha, li jinsabu fit-territorju internazzjonali, fl-inħawi tal-Belt ta' New York, il-Ġnus Magħquda u l-aġenziji speċjalizzati tagħha jiddeċiedu rigward temi u kwistjonijiet sostantivi u amministrattivi, f'laqgħat regolari li jsiru matul is-sena. L-organizzazzjoni hi maqsuma f'fergħat amministrivvi, li huma:

  • L-Assemblea Ġenerali (L-assemblea pinċipali);
  • Il-Kunsill għas-Sigurtà (jiddeċiedi dwar riżoluzzjonijiet għall-paċi u sigurtà; fil-Kunsill tas-Sigurta’ hemm 15-il pajjizi, 10 jinbidlu kull sentejn, waqt li l-5 oħra l-aktar b’saħħithom USA-Russja-Franza-l-Ingilterra –c-Ċina huma dejjem hemm. Dawn jiddeciedu x’għandu jsir meta jkun hemm zmien difficli bħal Gwerra. Malta kienet membru fl-1983-84.);
  • Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (jippromwovi żvilupp ekonomiku u ko-operazzjoni soċjali);
  • Is-Segratarjat (jagħmel studji, riċerka, u jipprovdi faċilitajiet li l-ĠM tista' tiġi bżonn);
  • Il-Qorti Internazzjonali għall-Ġustizzja (L-organu ġudizzjarju ewlieni).

Fergħat oħrajn jieħdu ħsieb il-governanza tal-aġenziji tas-Sistemi tal-Ġnus Magħquda, bħall-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa (World Health Organization (WHO)) u l-Fond tal-Ġnus Magħquda għat-Tfal (United Nations Children's Fund (UNICEF)).

Is-Segretarju Ġenerali preżenti tal-Ġnus Magħquda huwa Ban Ki-Moon mill- Korea t'Isfel.

L-organizzazzjoni Ġnus Magħquda hija ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet volontarji meqjusa, mill-istati membri. Il-lingwi uffiċjali tal-Ġnus Magħquda huma sitta: L-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu, u l-Ispanjol.

Malta saret membru tal-Ġnus Magħquda fl-1964 meta ħadet l-Independenza u saret stat bil-Gvern tagħha.

Fis-snin erbgħin id-dinja kienet mifnija bil-problemi meta ħafna pajjiżi kienu mkissrin bit-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet għad ma ntemmitx u xorta waħda ħafna pajjiżi ħassew li għandhom jingħaqdu biex jiġġieldu front wieħed biex isalvaw id-dinja minn aktar traġedji.

L-ewwel persuna li kien nissel il-kelma “Ġnus Magħquda” kien il-President tal-Istati Uniti Franklin D. Roosevelt. Hu kien uża din il-kelma fl-1 ta’ Jannar ta’ l-1942 meta rappreżentanti ta’ 26 pajjiż kienu ltaqgħu u ftehmu li l-gvernijiet tagħhom għandhom ikomplu jiġġieldu flimkien kontra l-‘Axis Powers’ (il-Ġermanja Nażista, l-Italja Faxxista u l-Ġappun).

Il-Lega tan-Nazzjonijiet

Qabel ma twaqqfet il-Ġnus Magħquda, fid-dinja kien hemm ftit organizzazzjonijiet internazzjonali apparti l-Lega tan-Nazzjonijiet. Dawn l-organizzazzjonijiet kienu l-unjin tal-komunikazzjoni, l-Unjin Telegraph, kif ukoll l-Unjin Universali tal-Posta. Illum dawn l-organizzazzjonijiet huma aġenziji speċjali tal-Ġnus Magħquda.

Qabel ma twaqqfet il-Ġnus Magħquda d-dinja kellha wkoll organizzazzjoni oħra li suppost kienet tikkontrolla l-pajjiżi kollha tad-dinja. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija kienet twaqqfet il-Lega tan-Nazzjonijiet. Dik kienet ġiet imwaqqfa fis-Sena 1919 bil-famuż Trattat ta’ Versailles. L-għan tal-Lega kien li “tippromwovi koperazzjoni internazzjonali kif ukoll biex takkwista l-paċi u s-sigurtà fid-dinja kollha.”

Taħt l-istess Trattat kienet ġiet imwaqqfa wkoll l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Din kienet waħda mill-akbar organizzazzjonijiet li kienu affiljati mal-Lega.

Iżda minħabba ċ-ċirkostanzi li nqalgħu wara li Hitler ħa l-poter fil-Ġermanja, din il-Lega sparixxiet. Diversi mexxejja dinjin kienu jaħsbu li Hitler qatt ma kien se jasal biex jibda gwerra daqshekk devastanti.

Other Languages
Afrikaans: Verenigde Nasies
Alemannisch: Vereinte Nationen
অসমীয়া: ৰাষ্ট্ৰসংঘ
Boarisch: UNO
Bikol Central: Nagkakasararong Nacion
беларуская (тарашкевіца)‎: Арганізацыя Аб’яднаных Нацыяў
বাংলা: জাতিসংঘ
বিষ্ণুপ্রিয়া মণিপুরী: জাতিসংঘ
Mìng-dĕ̤ng-ngṳ̄: Lièng-hăk-guók
dolnoserbski: Zjadnośone narody
estremeñu: Nacionis Unías
Nordfriisk: Feriand Natjuunen
贛語: 聯合國
Avañe'ẽ: Tetãnguéra Joaju
गोंयची कोंकणी / Gõychi Konknni: संयुक्त राश्ट्रसंघटना
客家語/Hak-kâ-ngî: Lièn-ha̍p-koet
Fiji Hindi: United Nations
hornjoserbsce: Zjednoćene narody
Kreyòl ayisyen: ONI
Bahasa Indonesia: Perserikatan Bangsa-Bangsa
日本語: 国際連合
la .lojban.: gunma natmi
Kabɩyɛ: ONU ŋgbɛyɛ
kalaallisut: FN
한국어: 유엔
kernowek: Kenedhlow Unys
Lëtzebuergesch: Vereent Natiounen
Baso Minangkabau: Pasarikatan Banso-Banso
македонски: Обединети нации
မြန်မာဘာသာ: ကုလသမဂ္ဂ
Plattdüütsch: Vereente Natschonen
Nederlands: Verenigde Naties
norsk nynorsk: Dei sameinte nasjonane
Papiamentu: Nashonan Uni
پنجابی: اقوام متحدہ
armãneashti: Natsiile Unite
sardu: ONU
sicilianu: Nazzioni Uniti
davvisámegiella: Ovttastuvvan našuvnnat
srpskohrvatski / српскохрватски: Ujedinjene nacije
Simple English: United Nations
Gagana Samoa: Malo Aufaatasi
Soomaaliga: Qaramada Midoobay
Seeltersk: Fereende Natione
Kiswahili: Umoja wa Mataifa
oʻzbekcha/ўзбекча: Birlashgan millatlar tashkiloti
vèneto: ONU
Tiếng Việt: Liên Hiệp Quốc
吴语: 联合国
中文: 联合国
文言: 聯合國
Bân-lâm-gú: Liân-ha̍p-kok
粵語: 聯合國